GRUPP FOREVER

Il-Grupp Forever twieled minn idea ta’ diversi koppji li għal sena wara oħra attendew għall-kors ta’ Kana fil-Parroċċa tagħna.  Il-feedback li nirċievu dejjem ikun wieħed inkoraġġanti u l-koppji jitolbu li jsir xi ħaġa biex jibqgħu jiltaqgħu.

Dan sar realta f’Mejju li għadda meta saret l-ewwel laqgħa.  Nammetti li l-ewwel laqgħat ma kienux daqshekk inkoraġġanti imma mat-3 laqgħa ‘l quddiem iffjorixxa fin-numru ta’ koppji li bdew jattendu u koppji li bdew iġibu koppji oħra ħbieb tagħhom.

Il-laqgħat ikollhom dejjem tema partikolari, b’laqgħa ma tkomplix ma oħra, anke għaliex konxji li mhux kulħadd possibbli li jattendi dejjem.  Ikun hemm laqgħat b’tema soċjali u reliġjuża, laqgħat li nitkellmu mir-relazzjonijiet u diversi temi attwali fil-ħajja tal-koppja llum.

Dawn il-laqgħat isiru kull l-ewwel Ġimgħa tax-xahar mis-7.30pm sat-8.30pm fiċ-Ċentru Parrokkjali San Ġużepp Ħaddiem Birkirkara u jkunu kkordinati minn Fr. Anthony flimkien ma 2 koppji oħra.  Wara l-laqgħa għal min ikun jixtieq ikun hemm ħin għal kafe.  Noffru wkoll servizz ta’ child minding għal min għandu t-tfal.

Hi stedina miftuħa għal dawk il-koppji f’relazzjoni, għarajjes u miżżewġin sa 10 snin.  Aktar informazzjoni tistgħu tkellmu lil Fr. Anthony jew lill-Kappillan jew idħlu fil-paġna ta’ Facebook tal-grupp:  Forever - Koppji għarajjes u miżżewġin.

L-ewwel pass forsi mhux dejjem faċli bħalma huma ħafna passi fil-ħajja, imma hi siegħa investiment fir-relazzjoni tagħkom.