top of page

WENS

Is-solitudni hi problema li kulma jmur dejjem qed tikber f’pajjiżna.  Għalkemm din il-problema tista’ tolqot lil kulħadd irrispettivament minn sess u età, hu fatt magħruf li l-aktar li huma milquta jkunu nies anzjani li jibqgħu jgħixu fil-komunità.

Il-parroċċa tagħna għandha parti mdaqqsa min-nies li jgħixu fiha li huma anzjani li jgħixu weħidhom li jkollhom bżonn lil kultant imur iżurhom xi ħadd biex ikollhom ma min jgħidu kelma u jiftħu qalbhom.

Għal grazzja t’Alla, fil-parroċċa tagħna diġa’ bdejna noffru dan is-servizz permezz ta’ numru ta’ voluntiera li wara li ngħataw taħriġ apposta mill-Aġenzija Appoġġ, bdew iżuru lil dawn in-nies li jgħixu fis-solitudni.

Din l-inizjattiva ntlaqgħet tajjeb ħafna mill-parruċċani tant li żdied in-numru ta’ dawk li urew ix-xewqa li jibda jkollhom minn dawn iż-żjarat filwaqt li oħrajn jixtiequ li dawn ikunu aktar frekwenti milli huma sal-lum.

Għalhekk il-parroċċa qed issejjaħ aktar voluniera biex jattendu kors apposta li jibda f’Ottubru fiċ-Ċentru Parrokkjali li se jitmexxa minn uffiċjali tal-Aġenzija Appoġġ biex huma wkoll ikunu jistgħu jibdew jaqdu dan il-ministeru importanti.

Dawk li jixtiequ joffru ftit mill-ħin tagħhom lil ħutna li jgħixu weħidhom fis-solitudni huma mitluba javvaċinaw lill-Kappillan għal aktar dettalji.

INDIRIZZ

+35621483245

 

71, Triq Bwieraq
Birkirkara, BKR 1212

 

parrocca.birkirkara.sg@maltadiocese.org

ĦINIJIET
TAL-QUDDIES

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 6:30am; 7:45am; 5pm (minn Ottubru sa Mejju) ;

7pm (minn Ġunju sa Settembru)
 

Is-Sibt: 6:30am; 7:45am; 5:00pm;

6:30pm (7pm minn Ġunju sa Settembru)
 

Il-Ħadd: 6:30am; 9:00am; 11:00am;

6:30pm (7pm minn Ġunju sa Settembru)

© Parroċċa San Ġużepp Ħaddiem 2024

bottom of page