INDIRIZZ

+35621483245

 

71, Triq Bwieraq
Birkirkara, BKR 1212

 

parrocca.b'kara.sg@maltadiocese.org

ĦINIJIET
TAL-QUDDIES

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 6:30am; 7:45am; 4:30pm (minn Ottubru sa Ġunju) ;

6:30pm
 

Is-Sibt: 6:30am; 7:45am; 5:00pm;

6:30pm
 

Il-Ħadd: 6:30am; 9:00am; 11:00am;

5:00pm; 6:30pm (minn Lulju sa Settembru,

filgħaxija quddiesa waħda biss fis-7pm)

© Parroċċa San Ġużepp Ħaddiem 2017

Din hija soċjetà li toffri tagħlim għal kulħadd. L-iskop tas-Soċjetà tagħna huwa li teduka t-tfal, l-adoloxxenti u ż-żgħażagħ fil-fidi u tħejjihom biex jagħrfu min huwa Ġesù ħalli eventwalment jibdew jgħixu bħalu, u b’hekk isiru bnedmin għall-qalb ta’ Alla. Hija tgħinhom ukoll biex jilqgħu l-isfidi li toffri d-dinja tallum, jagħrfu jgħixu l-Magħmudija u fuq kollox jiddixxernu dak li jrid minnhom Alla. Waqt li tedukahom f’dan kollu tħejjihom ukoll biex jirċievu s-Sagramenti. L-edukazzjoni fil-fidi fil-Museum tkompli għall-adoloxxenti anke wara li huma jirċievu l-Grizma tal-Isqof.

It-tfal tal-parroċċa jistgħu jibdew jattendu l-MUSEUM tagħna minn meta jkunu Yr 1 tal-iskola.

Sar-Raba’ Sena Kateketika, li taqbel ma’ Yr 5 fl-iskola, it-tfal ikollhom MUSEUM kull nhar ta’ Tlieta u nhar ta’ Ġimgħa, bejn il-5.30pm u s-6.15pm.

Dawk li qegħdin mill-Ħames Sena Kateketika ’il fuq inlaqqgħuhom kuljum minbarra l-Erbgħa, inkluż is-Sibt. Il-lezzjoni tagħhom tibda fis-7.00 p.m. Il-Ħadd imbagħad niltaqgħu lkoll għall-quddiesa tad-9.00 a.m. u wara jkollna laqgħa fil-MUSEUM. Fit-3.30pm. ikollna ħarġa.

Il-MUSEUM tas-Subien huwa fi Triq Brared. In-numru tat-telefown huwa 21 445 218.

Il-MUSEUM tagħna joffri laqgħat għall-adulti rġiel u nisa. Dawn isiru l-Ħadd fis-7.00pm, fil-kappella tal-MUSEUM bejn Ottubru u April. Kull laqgħa tieħu madwar 30 minuta.

M.U.S.E.U.M. - SUBIEN