top of page

MAGĦMUDIJA

Il-Magħmudija hija mument importanti ħafna fil-ħajja tal-bniedem u fil-ħajja tal-familja tiegħu. Fil-Magħmudija t-tarbija ssir iben jew bint Alla. Ngħammdu t-trabi tagħna għax nixtiequ li minn meta għadhom żgħar ikollhom b’sehem il-wirt li Alla għandu għal uliedu; ngħammduhom żgħar biex sa minn Ä‹kejknin jitilgħu f’ambjent nisrani.

 

X’għandu jsir biex titgħammed it-tarbija?


1. Meta titwieled tarbija, l-ewwelnett għandha tiġi mniżżla fir-reġistru pubbliku (l-Insinwa). Jekk il-ġenituri jiddeċiedu li jgħammdu t-tarbija tagħhom, jiġu l-Uffiċċju Parrokkjali u magħhom iġibu ċertifikat tat-twelid tat-tarbija mill-Insinwa. Dan huwa essenzjali biex meta nirreġistraw il-Magħmudija tat-tarbija, id-dettalji jkunu l-istess.

 

2. Il-ġenituri għandhom jirreġistraw lit-tarbija fl-Uffiċċju Parrokkjali sabiex it-tarbija tirċievi l-Magħmudija.

 

3. Barra minn hekk, jekk il-Ä¡enituri tat-tarbija jkunu joqgħodu f’Parroċċa oħra, iridu jÄ¡ibu l-permess tal-Kappillan tagħhom bil-miktub. Dan għaliex, il-prattika tal-Knisja hi, li l-Magħmudija ssir dejjem fil-parroċċa fejn joqogħdu l-Ä¡enituri, għalkemm ebda kappillan ma jsib diffikultà li jagħti l-permess meħtieÄ¡.

 

4. Il-parrini jridu jkunu raÄ¡el u mara, iżda jista’ jkun hemm parrinu wieħed jew parrina waħda. Il-parrini jridu jkunu għalqu s-sittax-il sena, membri tal-Knisja Kattolika u jaċċettaw it-twemmin kollu Kattoliku, ma jittraskurawx it-tagħlim nisrani u jirÄ‹ievu spiss is-Sagramenti tal-Qrar u t-Tqarbin, jafu li d-dmir tagħhom huwa li jgħinu lill-Ä¡enituri biex irabbu lil uliedhom skond il-fidi tal-Knisja u jgħinu lil min jirÄ‹ievi l-Magħmudija jikber fil-fidi, iħares il-kmandamenti u jħobb il-proxxmu kif għallimna Ä esù.

​

Il-parrini jridu jmorru għand il-Kappillan tagħhom u jiffirmaw dikjarazzjoni quddiemu. Għalhekk ma jistgħux jibagħtu lil xi ħaddieħor minflokhom, iżda jridu jmorru huma stess. Din id-dikjarazzjoni, imbagħad, il-Ä¡enituri jgħadduha lill-Kappillan qabel iÄ‹-Ä‹elebrazzjoni tal-Magħmudija. Dawk li, għal xi raÄ¡uni jew oħra, ma jkunux qed jgħixu f’sitwazzjoni regolari, ma jistgħux jagħmluha ta’ parrini.

 

Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Magħmudija
 

Fil-Parroċċa tagħna l-Magħmudija niċċelebrawha f’data miftiehma mal-Kappillan.

It-tarbija titlibbes l-abjad biex turi l-ħajja Ä¡dida li se tirÄ‹ievi. Il-libsa l-bajda (li titlibbes waqt iÄ‹-Ä‹elebrazzjoni stess) u x-xemgħa (li waqt iÄ‹-Ä‹elebrazzjoni tinxtegħel mill-Ä¡enituri mill-Blandun), għandhom jinżammu b’tifkira għażiża tal-Magħmudija. Mhux ta’ min inħallu l-Qrar għall-aħħar. Għalhekk nieħdu ħsieb inqerru qabel.

 

Ritratti u Videos
 

Waqt il-Quddiesa jistgħu jittieħdu ritratti jew video, iżda dejjem għandna navżaw lil min ikun qed jeħodhom biex juża prudenza kbira, ngħidu aħna, m’hemmx għalfejn jieħu ritratti għal kull Ä‹aqlieqa tal-qassis, għax inkunu qed intellfu minn dak li jkun qed isir.

INDIRIZZ

+35621483245

 

71, Triq Bwieraq
Birkirkara, BKR 1212

 

parrocca.birkirkara.sg@maltadiocese.org

ĦINIJIET
TAL-QUDDIES

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 6:30am; 7:45am; 5pm (minn Ottubru sa Mejju) ;

7pm (minn Ä unju sa Settembru)
 

Is-Sibt: 6:30am; 7:45am; 5:00pm;

6:30pm (7pm minn Ä unju sa Settembru)
 

Il-Ħadd: 6:30am; 9:00am; 11:00am;

6:30pm (7pm minn Ä unju sa Settembru)

© Parroċċa San Ä użepp Ħaddiem 2024

bottom of page