PARROĊĊA SAN ĠUŻEPP ĦADDIEM - BIRKIRKARA
KUMMISSJONI DJAKONIJA
Din il-kummissjoni tagħti għajnuna u/jew support lil dawk il-persuni mill-parroċċa li huma vulnerabbli u li għandhom xi bżonnijiet kemm materjali, psikoloġici, soċjali eċċ. Dawn jinkludu persuni bi bżonnijiet speċjali, familji fil-bżonn, anzjani li qegħdin fil-homes jew jgħixu waħedhom, persuni li jbagħtu minn mard kroniku/terminali, drogati, ħabsin, familji bi problemi, persuni bi problemi ta' użura, persuni jew familji li jkunu għadhom kemm tilfu xi ħadd għażiż għalihom, eċċ.
Grupp ta' madwar 25 familja regolarment jingħataw għajnuna materjali speċjalment ta' ikel waqt li kull ġimgħa, żewg membri tal-Legion of Mary jżuru xi anzjani li jgħixu fi djarhom fil-parroċċa. Bejn 10-20 persuna kull tieni ġimgħa jżuru l-anzjani f'St Vincent De Paule Residence waqt li kull raba' ġimgħa jmorru f'xi home ohra .
Il-Kummissjoni Djakonija taħdem id f'id mal-grupp tal-Legion of Mary tal-parroċċa ( il-Praesidium Sultana tal-Paċi ) kif ukoll mal-grupp li regolarment jagħmel żjajjar fil-homes tal-anzjani u mal-grupp tal-Kariżmatiċi. Jekk jinħass il-bżonn, isir kuntatt mal-Caritas kif ukoll ma' social workers u speċjalisti ohra.
Membri fil-Kummissjoni:
Il-Kappillan Fr Charlon Muscat
Martha Camilleri (segretarja): marthacamilleri@hotmail.com
Joe Camilleri
Rita Camilleri
Marisa Borg
John Camilleri
Dr Joseph Zammit
Anthony Spiteri