top of page

RELIĠJUŻI FIL-PARROĊĊA

Il-Patrijiet Karmelitani Skalzi, jew kif inhuma magħrufa l-iktar, il-Patrijiet Tereżjani, fetħu t-tieni kunvent tagħhom, fl-1896, biswit il-Knisja ddedikata lil San Alfons Maria de Liguori fil-wied ta’ Birkirkara.

​

Il-Patrijiet Ä¡ew milqugħa tajjeb min-nies ta’ l-inħawi u kienu mfittxija ħafna l-iktar għall-qrar u għad-direzzjoni spiritwali. Tant hu hekk li l-Knisja kellha tiÄ¡i mkabbra darbtejn fl-1904 u fl-1909.

​

Fl-1965 bdiet tinbena l-Knisja l-Ä¡dida ddedikata lil Santa Tereża tal-Bambin Ä esù. Il-knisja għandha forma ta’ rotunda u hi mibnija kollha mill-konkos. Id-disinn tagħha għamlu Giorgio Pacini minn Ruma u l-bini tagħha tlesta għal kollox fl-1982.

​

Il-Knisja hija wiesgħa 40 metru u għolja 30 metru; fiha kappella ddedikata lil Santa Tereża tal-Bambin Ä esù u oħra lill-Madonna tal-Karmnu. Is-Santwarju minn Ä¡ewwa huwa mdawwar ukoll b’matroneum (kelma li kienet tfisser il-post fejn joqogħdu n-nisa; illum din il-kelma tintuża għal xi parti mill-knisja li hija maqtugħa mill-arja ewlenija. Il-kampnar maÄ¡enb il-Knisja huwa għoli 40 metru.

​

Il-Knisja l-qadima ta’ San Alfons Marija de Liguori, illum Ä¡et mibdula f’sala tal-konferenzi.

​

Il-Komunità tal-patrijiet li jmexxu dan is-Santwarju għadhom sal-lum imfittxija ħafna għall-Qrar. Barra minn hekk, minn dan is-Santwarju tinxtered ħafna d-devozzjoni kemm lejn Santa Tereża tal-Bambin Ä esù u kemm lejn il-Madonna tal-Karmnu.

​

Ħinijiet tal-Quddies

 

Ħdud u Festi: 7.00am; 8.30am; 10.00am; 11.30am; 6.30pm.

Sibtijiet: 6.30am; 7.30am; 8.30am; 6.00pm.

​Matul il-ġimgħa: 6.30am,; 7.30 am; 8.30 am; 6.00pm.

​

​

​

bottom of page