top of page

ŻWIEĠ

Preparazzjoni Formattiva

Il-koppja trid tibbukkja l-knisja fejn ser tiċċelebra dan is-sagrament. Is-Sagrament taż-Żwieġ jista’ jiġi ċċelebrat fil-Knisja Parrokkjali fiż-żminijiet kif imfissra fil-liġi tal-Knisja, meta ma jaħbatx ma’ festi liturġiċi li jiġu ċċelebrati fil-knisja parrokkjali u mhux fil-quddies tal-ħin.

Il-kappillan ta' fejn ser isir iż-żwieg jagħti lill-koppja formola li trid tingħata lill-kappillani minn fejn ġejjin l-għarus u l-għarusa. Din il-formola, iffirmata mill-kappillani rispettivi, trid tingħata lura lill-kappillan fejn ser isir it-tieġ biex jikkonfermalhom il-booking tal-knisja.

Importanti li jsir il-kors ta' Kana sentejn qabel. Il-Kors ta’ Kana bi tħejjija għaż-żwieġ fil-parroċċa tagħna jibda fl-ewwel jew it-tieni Tnejn ta’ Jannar. Isir fiċ-Ċentru Parrokkjali u jibda fis-19:15 p.m. Ir-reġistrazzjoni għall-Kors ta’ Kana tibda, normalment, mal-bidu ta’ Ottubru u biex koppja japplikaw iridu jmorru huma stess fl-uffiċċju parrokkjali. Ma’ l-applikazzjoni normalment isir ħlas ta’ €25.

 

Preparazzjoni Uffiċċjali

Tliet xhur qabel iż-żwieġ, kull persuna għandha tmur għand il-kappillan fejn toqgħod biex isir l-istħarriġ ta' qabel iż-żwieg. Magħha trid tieħu iċ-ċertifikati tas-sagramenti tal-Magħmudija u tal-Griżma flimkien maċ-ċertifikat tal-kors ta' Kana.

Tliet xhur qabel iż-żwieg, jridu jmorru flimkien l-Ufficcju tar-Reġistru Pubbliku, Evan Building, Valletta, biex isiru t-tnidijiet ċivili għaż-żwieg. Magħhom jieħdu l-karta tal-identita' u photocopy tal-karta tal-identita' tax-xhieda. Wieħed jagħmel appuntament qabel billi jċempel fuq tel. 22209212/3/4/5/6.

Xahrejn qabel iż-żwieġ jridu jmorru l-Ufficcju Żwiġijiet tal-Kurja, Floriana (quddiem il-kwartieri tal-Pulizija) bid-dokumenti li ngħataw mill-kappillani biex jinħarġu t-tnidijiet tal-Knisja. Jistgħu jmorru mit-Tnejn sa-Sibt filgħodu minbarra l-Ħamis.

Preparazzjoni Reliġjuża

Huwa importanti li l-koppja tipprepara għal dan il-mument importanti flimkien mas-saċerdot li ser iżewwiġhom. Wieħed għandu joqgħod attent għal ilbies xieraq. Tal-video u tar-ritratti jridu joqogħdu attenti li ma jtellfux iċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa. Ikun tajjeb li qabel it-tieġ wieħed jersaq għas-sagrament tal-qrar.

INDIRIZZ

+35621483245

 

71, Triq Bwieraq
Birkirkara, BKR 1212

 

parrocca.birkirkara.sg@maltadiocese.org

ĦINIJIET
TAL-QUDDIES

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 6:30am; 7:45am; 5pm (minn Ottubru sa Mejju) ;

7pm (minn Ġunju sa Settembru)
 

Is-Sibt: 6:30am; 7:45am; 5:00pm;

6:30pm (7pm minn Ġunju sa Settembru)
 

Il-Ħadd: 6:30am; 9:00am; 11:00am;

6:30pm (7pm minn Ġunju sa Settembru)

© Parroċċa San Ġużepp Ħaddiem 2024

bottom of page