top of page

KUMMISSJONI FORMAZZJONI NISRANIJA

Li tkun taf lil xi ħadd huwa ferm differenti milli tkun taf jew smajt fuq xi ħadd. Ix-xewqa tal-ParroÄ‹Ä‹a hija li l-membri kollha tagħha jkollhom l-opportunità li jsiru jafu dejjem iktar lil Ä esù, lill-Knisja ... L-għan tal-Kummissjoni Formazzjoni Nisranija (il-KFN) huwa li tiskopri dawn l-opportunitajiet skont is-sinjali taż-żminijiet, tgħin lill-ParroÄ‹Ä‹a tilħaq lill-membri kollha tagħha u toffri formazzjoni nisranija kemm lil dawk qrib tagħha kif ukoll lil dawk li birdu mill-Fidi tagħhom jew saħansitra warrbu lil Kristu mill-ħajja tagħhom.

​

Fil-bidu tal-Avvent u tar-Randan il-KFN torganizza laqgħat ta’ riflessjoni fuq temi diversi li jgħinuna nidħlu fina nfusna u niÄ¡Ä¡eddu fil-Fidi tagħna. Minn żmien għal żmien jiÄ¡u wkoll organizzati sessjonijiet bit-titlu ta’ ‘Ejja u Staqsi’ u li fihom jiÄ¡u ttrattati suÄ¡Ä¡etti attwali.

​

Il-KFN ħadmet biex inħolqu l-website attwali kif ukoll il-Facebook page tal-Parroċċa u tara li din il-paġna tinżamm ħajja u attwali biex tilħaq lis-segwaċi tagħha u twassal il-messaġġ tagħha permezz tal-media soċjali.

 

Il-KFN issegwi wkoll l-inizzjattivi ta’ formazzjoni nisranija tad-diversi gruppi u kummissjonijiet fi ħdan il-ParroÄ‹Ä‹a u ssostnihom skont il-ħtieÄ¡a.

 

Il-KFN ħadmet fuq il-ktejjeb ‘Jiena Nemmen’ fl-okkażjoni tas-Sena tal-Fidi u sensiela ta’ taħditiet mill-Predikazzjoni Dumnikana matul il-Sena Ä ublew tal-Ħniena.

​

​

Membri tal-Kummissjoni:

 

Il-Kappillan Fr Charlon Muscat

Fr Joe Borg

Mario Falzon (Chairperson)

Patricia Zammit Mangion (Segretarja)- pzm18@yahoo.co.uk

David Pace Ross

Rita Gatt

Noel Ciantar

Joan Ebejer

bottom of page